Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2008 – Armacell vs UASI

(Kawża C-514/06 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARMAFOAM – Trade mark Komunitarja preċedenti NOMAFOAM – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh bejn is-sinjali – Eżistenza ta’ raġuni relattiva għal rifjut f’parti mit-territorju tal-Komunità Ewropea”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Trade mark preċedenti kkostitwita minn trade mark Komunitarja (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(b) u 108(2)(b)) (ara l-punti 58, 62)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2006, Armacell Enterprise GmbH vs UASI (T-172/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament imressaq mill-applikant għat-trade mark verbali “ARMAFOAM” għal prodotti fil-klassi 20 kontra d-deċiżjoni R 552/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-23 ta’ Frar 2005, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “NOMAFOAM” għal prodotti fil-klassijiet 11, 19, 20, 27 u 28.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Armacell Enterprise GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.