Keywords
Summary

Keywords

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Attivitajiet ekonomiċi fis-sens ta’ l-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 4(1) u (4))

Summary

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva 77/388 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, persuna fiżika li twettaq ix-xogħol kollu f’isem u fl-interess ta’ kumpannija taxxabbli taħt kuntratt ta’ impjieg li jorbotha ma’ din il-kumpannija, li tagħha hija l-unika azzjonista, l-uniku direttur u l-uniku membru tal-persunal, mhijiex hija stess persuna taxxabbli fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ l-imsemmija Direttiva.

Fil-fatt, f’sitwazzjoni bħal din, il-persuna fiżika ma tistax tkun ikkunsidrata li b’mod indipendenti twettaq attività ekonomika fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ta’ l-aħħar, billi għandu jiġi rikonoxxut li teżisti relazzjoni ta’ bejn min jimpjega u impjegat, fis-sens ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva, bejnha u l-kumpannija dwar kundizzjonijiet ta’ xogħol, ħlas u responsabbiltà ta’ min jimpjega.

(ara l-punti 18-19, 21, 32 u d-dispożittiv)