Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2008 – Degussa vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑266/06 P)

“Appell – Kompetizzjoni – Akkordju – Suq tal-metjonina – Multa – Regolament Nru 17 – Artikolu 15(2) – Nulla poena sine lege – Żnaturament tal-fatti – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Prinċipju ta’ trattament ugwali”

1.                     Dritt Komunitarju – Prinċipji ġenerali tad-dritt – Ċertezza legali – Nulla poena sine lege – Portata (ara l-punti 38-40, 44-46)

2.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 50-62)

3.                     Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1), KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 72-74, 86, 94)

4.                     Appell – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kontestazzjoni, minħabba raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza fuq l-ammont ta’ multa imposta fuq impriża – Esklużjoni – Kontestazzjoni ta’ din l-evalwazzjoni minħabba motivi bbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni – Inklużjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punti 95, 114)

5.                     Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja – Ammissibbiltà – Motivazzjoni impliċita tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 102, 103)

6.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Ħtieġa li ssir distinzjoni bejn l-impriżi involuti fl-istess ksur skont id-dħul mill-bejgħ globali tagħhom – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, il-ħames subparagrafu tal-punt 1 A) (ara l-punti 119-123)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ April 2006, Degussa AG vs Il-Kummissjoni (T-279/02), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet parzjalment ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/674/KE tat-2 ta’ Lulju 2002, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 255, p. 1) – Akkordju li jikkonċerna s-suq tal-metjonina – Rekwiżiti tal-prinċipju ta’ Nulla poena sine lege fir-rigward tas-sistema ta’ multi prevista mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17/62.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Evonik Degussa GmbH hija kundannata għall-ispejjeż.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.