Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ April 2009 – Yedaş Tarim ve Otomotiv Sanayi ve Ticaret vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża C‑255/06 P-REV)

“Proċedura – Talba għal reviżjoni – Talba rigward digriet mogħti skont l‑Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Kundizzjonijiet – Appell – Fatt ġdid – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura - Reviżjoni ta’ sentenza - Talba rigward digriet li ċaħad appell bħala manifestament inammissibbli u infondat - Ammissibbiltà (Statut tal‑Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 44; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal‑Ġustizzja, Artikolu 119) (ara l-punt 15)

2.                     Proċedura - Reviżjoni ta’ sentenza - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba - Fatt ġdid - Kunċett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 44; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 119) (ara l-punti 16, 19, 20)

3.                     Proċedura - Reviżjoni ta’ sentenza - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 98 u 99(1)) (ara l-punti 22-24, 26)

Suġġett

Talba għal reviżjoni tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla), tal-5 ta’ Lulju 2007, fil-Kawża C‑255/06 P - Appell mis-sentenza tal-Qorti tal‑Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tat-30 ta’ Marzu 2006, miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

Dispożittiv

1)

It-talba għal reviżjoni mressqa minn Yedaş Tarim ve Otomotiv Sanayi ve Ticaret AŞ hija miċħuda.

2)

Yedaş Tarim ve Otomotiv Sanayi ve Ticaret AŞ hija kkundannata għall‑ispejjeż.