Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja

(Kawża C‑247/06)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 85/337/KEE – Effett ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Stallazzjoni ta’ tisħin – Produzzjoni ta’ enerġija – Inċinerazzjoni parzjali ta’ prodotti perikolużi”

1.                     Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Eliminazzjoni tal-iskart - Kunċett (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE, Artikoli 2(1) u 4(1), u l-punt 9 tal-Anness I) (ara l-punti 28-31)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 45-47, 49-51)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 4(1), flimkien mal-punt 9 tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 73, p. 5) - Awtorizzazzjoni mingħajr stima tal-effetti fuq l-ambjent ta’ stallazzjoni ta’ tisħin għall-produzzjoni ta’ enerġija permezz ta’ inċinerazzjoni parzjali ta’ skart perikoluż - Operazzjoni ta’ eliminazzjoni u operazzjonijiet ta’ rkupru ta’ skart.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.