Keywords
Summary

Keywords

1. Dispożizzjonijiet fiskali — Taxxi interni — Taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi użati importati

(Artikolu 90(1) KE)

2. Dispożizzjonijiet fiskali — Taxxi interni — Taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi użati importati

(Artikolu 90(1) KE)

Summary

1. Jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 90 KE Stat Membru li japplika, sabiex jistabbilixxi l-valur taxxabbli ta’ vetturi użati importati minn Stat Membru ieħor fit-territorju nazzjonali sabiex tiġi stabbilita t-taxxa ta’ reġistrazzjoni, kriterju wieħed ta’ deprezzament ibbażat fuq kemm għandhom żmien il-vetturi u li japplika tnaqqis ta’ valur ta’ 7 % għall-vetturi li għandhom sitta sa tnax-il-xahar żmien jew ta’ 14 % għall-vetturi li għandhom sena żmien, li ma jiggarantix li t-taxxa dovuta ma taqbiżx, anki jekk biss f’ċerti każijiet, l-ammont tat-taxxa residwa inkluż fil-valur tal-vetturi użati simili diġà rreġistrati fit-territorju nazzjonali.

(ara l-punti 40, 59, 61 u d-dispożittiv 1)

2. Ma jonqosx milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 90 KE, Stat Membru li japplika fuq vetturi użati importati minn Stati Membri oħra, sistema ta’ taxxa li fiha d-deprezzament reali tal-vetturi huwa definit b’mod ġenerali u astratt fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali f’każ fejn, minn naħa, il-kriterji li fuqhom huwa bbażat il-metodu ta’ kalkolu b’rata fissa tad-deprezzament tal-vetturi jiġu kkomunikati lill-pubbliku u fejn, min-naħa l-oħra, il-proprjetarju ta’ vettura użata importata minn Stat Membru ieħor għandu l-possibbiltà li jikkontesta l-applikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu għal din il-vettura sabiex juri li hija twassal għal tassazzjoni ogħla mill-ammont tat-taxxa residwa inkluża fil-valur tal-vetturi użati simili diġà rreġistrati fit-territorju nazzjonali.

(ara l-punti 46, 50, 60)