20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel Hasselt — Il-Belġju) — NV de Nationale Loterij vs BVBA Customer Service Agency

(Kawża C-525/06) (1)

(Appell minn deċiżjoni li tirrigwarda talba għal deċiżjoni preliminari - Qorti ta’ appell li tiddeċiedi hija stess il-kawża prinċipali - M’hemmx lok li tingħata risposta)

2009/C 141/34

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel Hasselt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NV de Nationale Loterij

Konvenuta: BVBA Customer Service Agency

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van koophandel Hasselt –Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE — Lotterija nazzjonali li għandha monopolju legali fit-territorju ta’ Stat Membru, bl-iskop li tillimita l-vizzju tal-logħob iżda li b’mod regolari tirreklama bl-iskop li tippromwovi l-parteċipazzjoni fil-lotterija — Liġi nazzjonali li tipprojbixxi l-bejgħ minn impriżi oħra bi skop ta’ lukru, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-lotterija nazzjonali, ta’ biljetti ta’ partiċipazzjoni komuni.

Dispożittiv

M’hemmx lok li tingħata risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari fil-kawża C-525/06.


(1)  ĠU C 42, 24.02.2007.