8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-7 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria regionale di Genova — l-Italja) — Agenzia Dogane Circoscrizione Doganale di Genova vs Euricom SpA

(Kawża C-505/06) (1)

(L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Ipproċessar tad-dħul - Ftehim ta' Assoċjazzjoni - Esportazzjoni minn qabel ta' ross lejn pajjiż terz marbut bi ftehim ta' preferenza doganali - Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali)

(2008/C 64/20)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia Dogane Circoscrizione Doganale di Genova

Konvenuta: Euricom SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria regionale di Genova — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 114, 115(1) u (3), u 216 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) — Ross esportat taħt il-proċedura ta' l-ipproċessar tad-dħul lejn pajjiż terz li huwa marbut bi ftehim ta' preferenza doganali

Dispożittiv

L-Artikolu 216 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000, tas-16 ta' Novembru 2000, huwa applikabbli għall-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 115(1)(b), ta' dan ir-regolament, li fihom il-prodotti li jikkumpensaw lil xulxin ġew esportati mill-Komunità Ewropea qabel l-importazzjoni tal-merkanzija ta' importazzjoni.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.