|
26.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 22/18 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Ottubru 2007 — Bart Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-495/06 P) (1)
(Appell - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2003 - Rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera - Deċiżjoni li tistabbilixxi b'mod definittiv ir-rapport - Deċiżjoni li jiġi promoss uffiċjal ieħor għal grad ta' traduttur-reviżur - Talba għal kumpens tad- dannu - Appell li huwa in parti manifestamenti inammissibli u in parti manifestament mhux fondat)
(2008/C 22/35)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bart Nijs [rappreżentant: F. Rollinger, avocat]
Parti oħra fil-kawża: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: T. Kennedy, aġent]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-3 ta' Ottubru 2006, Bart Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri (T-171/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet — safejn hija bbażat ruħha fuq motivi oħra minbarra n-nuqqas ta' motivazzjoni — ir-rikors li għandu bħala suġġett, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi b'mod definittiv ir-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-proċedura 2003, tad-deċiżjoni li tattribwixxi punti ta' mertu tar-rikorrent għall-proċedura 2003 u tad-deċiżjoni li dan ma jiġix promoss fl-2004 kif ukoll tad-deċiżjoni ta' ċaħda ta' l-ilment imressaq kontra dawn id-deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-dannu subit.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
B.Nijs huwa kkundannat ibati l-ispejjeż. |