24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 — Moser Baer India Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Committee of European CD-R and DVD+/-R Manufacturers (CECMA)

(Kawża C-535/06 P) (1)

(Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja - Regolament (KE) Nru 960/2003 - Kalkolu tal-ammont tas-sussidju suġġett għal miżuri ta’ kumpens - Determinazzjoni tal-ħsara - Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97)

2009/C 256/02

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Moser Baer India Ltd (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, dikigoros, R. MacLean, Solicitor)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent u G. Berrisch, Rechtsanwalt), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti), Committee of European CD-R and DVD+/-R Manufacturers (CECMA)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2006, Moser Baer India vs Il-Kunsill (T-300/03), li ċaħdet rikors intiż għall-annullament tar-Regolament (KE) Nru 960/2003, tat-2 ta’ Ġunju 2003, li jimponi taxxi kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 138, p. 1), sa fejn din tikkonċerna lill-appellanti.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Moser Baer India Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 69, 24.03.2007