4.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-19 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-531/06) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 43 KE u 56 KE - Saħħa pubblika - Spiżeriji - Dispożizzjonijiet li jipprovdu li l-ispiżjara biss għandhom id-dritt li joperaw spiżerija - Ġustifikazzjoni - Provvista affidabbli u ta’ kwalità tal-prodotti mediċinali lill-pubbliku - Indipendenza professjonali tal-ispiżjara - Impriżi ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi - Spiżeriji muniċipali”)
2009/C 153/09
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u H. Krämer, G. Giacomini u E. Boglione, avvocati)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I.M. Braguglia, aġent, G. Fiengo, avvocato dello Stato)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo u F. Díez Moreno, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti), ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: E. Balode-Buraka u L. Ostrovska, aġenti), ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u T. Kröll, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 u 56 KE — Sistema tal-proprjetà tal-ispiżeriji
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |