4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta' April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-518/06) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Responsabbiltà ċivili fl-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Artikoli 43KE u 49 KE - Direttiva 92/49/KEE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligu li jiġi konkluż kuntratt fuq l-impriżi ta’ assigurazzjoni - Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Protezzjoni soċjali tal-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku - Proporzjonalità - Libertà tal-impriżi ta’ assigurazzjoni li jiffissaw ir-rata - Prinċipju tal-kontroll mill-Istat Membru ta’ oriġini)

2009/C 153/08

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u N. Yerrell, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: M. Fiorilli, aġent)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Himmanen, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 u 49 KE — Ksur tal-Artikoli 6, 9, 29 u 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU L 228, p. 1) — Kalkolu tal-primjums tal-assigurazzjoni — Obbligi imposti fuq l-assiguraturi li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika Taljana u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.