22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 301/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Settembru 2008 — Armacell Enterprise GmbH vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), nmc SA
(Kawża C-514/06) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja ARMAFOAM - Trade mark Komunitarja preċedenti NOMAFOAM - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh bejn is-sinjali - Eżistenza ta' raġuni relattiva għal rifjut f'parti mit-territorju tal-Komunità Ewropea)
(2008/C 301/12)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Armacell Enterprise GmbH [rappreżentant: O. Spuhler, avukat]
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), [rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent], nmc SA [rappreżentanti: P. Péters u T. de Haan, avukati]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-10 ta' Ottubru 2006, Armacell Enterprise GmbH vs UASI (T-172/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għall-annullament imressaq mill-applikant għat-trade mark verbali “ARMAFOAM” għal prodotti fil-klassi 20 mid-deċiżjoni R 552/2004-1 tal-Ewwel Bord ta' l-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-23 ta' Frar 2005, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “NOMAFOAM” għal prodotti fil-klassijiet 11, 19, 20, 27 u 28
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Armacell Enterprise GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |