12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Malina Klöppel vs Tiroler Gebietskrankenkasse

(Kawża C-507/06) (1)

(Dritt għal allowance għall-kura tat-tfal fl-Awstrija - Nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni ta' perijodi li fihom ġew irċevuti benefiċċji tal-familja fi Stat Membru ieħor - Regolament (KEE) Nru 1408/71)

(2008/C 92/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malina Klöppel

Konvenuta: Tiroler Gebietskrankenkasse

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Innsbruck — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2), kif emendat mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2001 tal-5 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 187, p. 1) u ta' l-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta' Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 74, p. 1), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 410/2002, tas-27 ta' Frar 2002 (ĠU L 62, p. 17) — Dritt għal allowance għall-kura tat-tfal — Possibbiltà ta' estensjoni, minn tletin xahar sa sitta u tletin xahar tal-perijodu ta' attribuzzjoni fil-każ ta' trasferiment tal-kura u għoti ta' allowance lill-ġenitur l-ieħor — Nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni tal-perijodi, imwettqa mill-missier flimkien ma' l-omm, ta' attribuzzjoni ta' allowance simili mħallsa lill-ġenitur l-ieħor fi Stat membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta' Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001, jipprekludi Stat Membru milli jirrifjuta li jieħu in kunsiderazzjoni, għall-finijiet ta' l-għoti ta' benefiċċju tal-familja bħalma hija l-allowance għall-kura tat-tfal Awstrijaka, il-perijodu li fih ġie rċevut benefiċċju komparabbli fi Stat Membru ieħor bl-istess mod bħallikieku dan seħħ fit-territorju tiegħu stess.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.