|
23.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 51/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — FBTO Schadeverzekeringen NV vs Jack Odenbreit
(Kawża C-463/06) (1)
(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni f'materja ta' assigurazzjoni - Assigurazzjoni għal responsabbiltà - Azzjoni diretta tal-parti danneġġjata kontra l-assiguratur - Regola ta' ġurisdizzjoni tad-domiċilju tar-rikorrent)
(2008/C 51/37)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FBTO Schadeverzekeringen NV
Konvenut: Jack Odenbreit
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 9(1)(b) u 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1) — Azzjoni diretta kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikollha r-residenza l-persuna danneġġjata — Kunċett ta' benefiċjarju ta' l-assigurazzjoni
Dispożittiv
Ir-riferiment imwettaq mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, għall-Artikolu 9(1)(b) tiegħu għandu jiġi interpretat fis-sens li parti danneġġjata tista' tressaq azzjoni diretta kontra min jassigura quddiem il-qorti tal-post fejn huwa jew hija jkollhom ir-residenza fi Stat Membru, fejn tali azzjoni diretta hija possibbli u li min jassigura jkun stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru.