29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-14 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Bruxelles — Il-Belġju) — Sophiane Gysen vs Groupe S-Caisse d'Assurances sociales pour indépendants

(Kawża C-449/06) (1)

(Uffiċjali - Remunerazzjoni - Regolamenti tal-Persunal - Benefiċċji tal-familja - Determinazzjoni ta' l-ammont ta' benefiċċji tal-familja nazzjonali - Determinazzjoni tas-sekwenza tat-twelid tat-tfal - Wild li jagħti dritt għal benefiċċji tal-familja tar-Regolamenti tal-Persunal)

(2008/C 79/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sophiane Gysen

Konvenuta: Groupe S-Caisse d'Arrurances sociales pour indépendants

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de travail de Bruxelles — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta' Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (RegolamentI tal-Persunal) (ĠU L 56, p. 1) — Benefiċċji tal-familja — Ammissibbiltà ta' sistema nazzjonali ta' benefiċċji tal-familja li, sabiex tiġi ddeterminata s-sekwenza tat-tfal li jibbenifikaw, teskludi t-tfal li għandhom dritt għall-għoti ta' benefiċċji tal-familja tar-Regolamenti tal-Persunal — Klassifikazzjoni ġuridika tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali mid-dritt nazzjonali.

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta' Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, [u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni], kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2074/83, tal-21 ta' Lulju 1983, għandu applikazzjoni ġenerali, jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Fir-rigward ta' l-applikabbiltà diretta ta' l-imsemmi Regolament fis-sistema ġuridika ta' l-Istati Membri, il-wild li għandu dritt għal benefiċċji tal-familja skond ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej għandu jitqies bħala wild li għandu dritt għal tali benefiċċji skond id-dritt nazzjonali jew skond konvenzjoni internazzjonali tas-sigurtà soċjali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.