|
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Bertelsmann AG, Sony Corporation of America vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Independent Music Publishers u Labels Association (Impala, assoċjazzjoni internazzjonali), Sony BMG Music Entertainment BV
(Kawża C-413/06 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Kontroll ta' koncentrazzjonijiet bejn impriżi - Impriża komuni Sony BMG - Rikors kontra l-annullament ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni - Stħarriġ ġudizzjarju - Portata - Rekwiżiti ta' prova - Rwol tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet - Tisħiħ jew ħolqien ta' pożizzjoni dominanti kollettiva - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet li japprovaw konċentrazzjoni - Użu ta' informazzjoni kunfidenzjali)
(2008/C 223/10)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Bertelsmann AG (rappreżentanti: P. Chappatte u J. Boyce, Solicitors), Sony Corporation of America (rappreżentanti: N. Levy, Barrister, R. Snelders, avocat, T. Graf, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-kawża: Independent Music Publishers and Labels Association (Impala) (rappreżentanti: S. Crosby, u J. Golding, Solicitors, I. Wekstein-Steg, Advocate), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Whelan, u K. Mojzesowicz, aġenti), Sony BMG Music Entertainment BV (rappreżentanti: N. Levy, Barrister, R. Snelders, avocat, T. Graf, Rechtsanwalt)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Lulju 2006, Impala vs Il-Kummissjoni (T-464/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Lulju 2004, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE l-konċentrazzjoni intiża għall-ħolqien ta' impriża komuni li tiġbor fiha l-attivitajiet ta' Sony u Bertelsmann fil-qasam tal-mużika rreġistrata (Każ Nru COMP/M.3333 — SONY/BMG)
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-13 ta' Lulju 2006, Impala vs Il-Kummissjoni (T-464/04), hija annullata. |
|
2) |
Il-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |