24.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 128/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-10 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja) — Annelore Hamilton vs Volksbank Filder eG
(Kawża C-412/06) (1)
(Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju - Direttiva 85/577/KEE - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4, u Artikolu 5(1) - Kuntratt ta' kreditu għal perijodu twil - Dritt ta' revoka)
(2008/C 128/16)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Annelore Hamilton
Konvenuta: Volksbank Filder eG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Stuttgart — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, ta' l-20 ta' Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (ĠU L 372 tal-31 ta' Diċembru 1985, p. 31) — Revoka ta' kuntratt ta' self intiż għall-akkwist ta' partijiet minn proprjetà immobbli nnegozjat barra mil-lok tan-negozju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika terminu ta' xahar li jibda jiddekorri minn meta ż-żewġ partijiet jeżegwixxu l-obbligi kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' revoka ta' konsumatur li mhuwiex informat dwar dan id-dritt.
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlatur nazzjonali jista' jipprovdi li d-dritt ta' revoka msemmi fl-Artikolu 5(1) ta' din id-direttiva jista' jiġi eżerċitat mhux aktar tard minn xahar wara l-eżekuzzjoni kompluta mill-partijiet kontraenti ta' l-obbligi li jirriżultaw minn kuntratt ta' kreditu għal perijodu twil, meta l-konsumatur ikun irċieva informazzjoni żbaljata fuq il-modalitajiet ta' l-eżerċizzju ta' dan l-imsemmi dritt.