|
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2009 — Faraj Hassan vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-399/06), Chafiq Ayadi, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-399/06 P u C-403/06 P) (1)
(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PBSK) - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ persuna wara l-inklużjoni tagħha f’lista redatta minn korp tan-Nazzjonijiet Uniti - Kumitat tas-Sanzjonijiet - Inklużjoni sussegwenti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Drittijiet fundamentali - Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv”)
2010/C 24/02
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Appellant: Faraj Hassan (rappreżentanti: E. Grieves, barrister, H. Miller, solicitor, J. Jones, barrister u M. Arani, solicitor) (C-399/06)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Marquardt, M. Bishop u E. Finnegan, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch u P. Aalto, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-appellant: Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
Appellant: Chafiq Ayadi (rappreżentanti: S. Cox, barrister, H. Miller, solicitor)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Marquardt, M. Bishop u E. Finnegan, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch u P. Aalto, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Ir-Repubblika Franċiża
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2006, Hassan vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-49/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2003, tal-20 ta’ Novembru 2003, li jemenda għall-ħamsa u għoxrin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks tal-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 303, p. 20)
Dispożittiv
|
(1) |
Is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komuntajiet Ewropej tat-12 ta’ Lulju 2006, Hassan vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T 49/04), kif ukoll Ayadi vs Il-Kunsill (T 253/02), huma annullati. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/2008, tat-18 ta’ Jannar 2008, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil F. Hassan. |
|
(3) |
Ir-Regolament Nru 881/2002, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1210/2006, tad-9 ta’ Awwissu 2006, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil C. Ayadi. |
|
(4) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż ta’ F. Hassan u ta’ C. Ayadi, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appelli preżenti. |
|
(5) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati kemm mal-ewwel istanza fil-kawża li tirrigwarda lil C. Ayadi, kif ukoll tal-appelli preżenti. |
|
(6) |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati kemm mal-poċeduri tal-ewwel istanza, kif ukoll mal-appell għall-kawża li tirrigwarda lil F. Hassan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-kawża li tirrigwarda lil C. Ayadi, u dan għal dak li jirrigwarda kemm l-intervent tagħha quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |