7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale ordinario di Roma, l-Italja) — Nuova Agricast Srl vs Ministero della Attività Produttive

(Kawża C-390/06) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Skemi ta' għajnuna awtorizzati għal perijodu determinat - Notifika ta' skema ta' għajnuna mibdula għal perijodu ġdid - Miżuri ta' tranżizzjoni bejn iż-żewġ skedi suċċessivi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjoni - Informazzjoni li l-Kummissjoni jista' jkollha għad-dispożizzjoni tagħha - Validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Trattament ugwali - Motivazzjoni)

(2008/C 142/07)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nuova Agricast Srl

Konvenut: Ministero della Attività Produttive

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Roma — Validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta' Lulju 2000, li tiddikjara bħala kompatibbli mat-Trattat skema ta' għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana taħt forma ta' għajnuna għall-investiment fir-reġjuni żvantaġġjati ta' l-Italja (SG(2000)D/105754)

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda magħmula ma wera ebda element li jista' jaffettwa l-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta' Lulju 2000, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra skema ta' għajnuna għall-investiment fir-reġjuni żvantaġġati ta' l-Italja sal-31 ta' Diċembru 2006 (Għajnuna mill-Istat Nru N 715/99 — l-Italja).


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.