7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' April 2008 — Thomas Flaherty (C-373/06 P), Larry Murphy (C-379/06 P), Ocean Trawlers Ltd (C-382/06 P) vs L-Irlanda, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża Magħquda C-373/06 P, C-379/06 P u C-382/06 P) (1)

(Appell - Miżuri ta' konservazzjoni tar-riżorsi - Ristrutturazzjoni tas-settur tas-sajd - Applikazzjonijiet għal żieda ta' l-għanijiet tal-programm ta' gwida multi-annwi “PMG IV’ fil-qasam tat-tunnellaġġ - Ċaħda ta' l-applikazzjoni)

(2008/C 142/06)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Thomas Flaherty (C-373/06 P), Larry Murphy (C-379/06 P), Ocean Trawlers Ltd (C-382/06 P) (rappreżentanti: D. Barry, solicitor, u A. Collins, SC (C-373/06 P, C 379/06 P u C 382/06 P), kif ukoll minn dawn ta' l-aħħar u minn P. Gallagher, SC (C-379/06 P)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Irlanda, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u M. van Heezik, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla), tat-13 ta' Ġunju 2006, Boyle et vs Il-Kummissjoni (kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03) li tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, ta' l-4 ta' April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PMG IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-bastimenti ta' tul ġenerali ta' iktar minn tnax-il metru (innotifikata bin-numru C(2003)1113 (ĠU L 90, p. 48) iżda li tiċħad bħala inammissibbli r-rikorsi mressqa mir-rikorrenti — Persuni (li mhumiex) individwalment ikkonċernati mid-deċiżjoni annullata.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-13 ta' Ġunju 2006, Boyle et vs Il-Kummissjoni (T-218/03 sa T-240/03), hija annullata, minn naħa, safejn tiċħad bħala inammissibbli r-rikorsi ta' Flaherty u Murphy kif ukoll tal-kumpannija Ocean Trawlers Ltd għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE ta' l-4 ta' April 2003 dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PMG IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta' tul ġenerali ta' iktar minn tnax-il metru, u min-naħa l-oħra, safejn ikkundannat lir-rikorrenti sabiex ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

2)

Id-Deċiżjoni 2003/245 hija annullata safejn tapplika għall-bastimenti ta' Flaherty u Murphy kif ukoll tal-kumpannija Ocean Trawlers Ltd.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż inkorsi minn Flaherty u Murphy kif ukoll mill-kumpannija Ocean Trawlers Ltd kemm fl-ewwel istanza kif ukoll f'dawn l-appelli.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.

ĠU C 294, 2.12.2006.