16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-10 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat im Land Niederösterreich — L-Awstrija) — Gottfried Heinrich

(Kawża C-345/06) (1)

(Artikolu 254(2) KE - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 2(3) - Regolament (KE) Nru 622/2003 - Sigurtà fl-avjazzjoni - Anness - Lista tal-oġġetti pprojbiti abbord inġenji tal-ajru - Nuqqas ta’ pubblikazzjoni - Effett vinkolanti)

2009/C 113/02

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat im Land Niederösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gottfried Heinrich

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat im Land Niederösterreich — Interpretazzjoni tal-Artikolu 254(2) tat-Trattat KE, kif ukoll tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003, tal-4 ta’ April 2003, li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (ĠU L 89, p. 9) — Nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-anness tar-regolament, li jistabbilixxi miżuri dettaljati applikabbli għas-sigurtà fl-avjazzjoni, u b’mod partikolari lista tal-oġġetti pprojbiti li ma jistgħux jittellgħu abbord inġenji tal-ajru.

Dispożittiv

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003, tal-4 ta’ April 2003, li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (ĠU L 89, p. 9), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2004, tal-15 ta’ Jannar 2004, li ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma għandux effett vinkolanti sa fejn huwa intiż sabiex jimponi obbligi fuq l-individwi.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006