21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — L-Italja) — Consiglio Nazionale degli Ingegneri vs Ministero della Giustizia, Marco Cavallera

(Kawża C-311/06) (1)

(Rikonoxximent tad-diplomi - Direttiva 89/48/KEE - Approvazzjoni ta' kwalifika - Inġinier)

(2009/C 69/03)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consiglio nazionale degli Ingegneri

Konvenuti: Ministero della Giustizia, Marco Cavallera

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tlett snin (ĠU L 19, p. 16) — Applikabbiltà fil-każ ta' ċittadin Taljan imniżżel fir-reġistru professjonali Spanjol wara r-rikonoxximent tad-diploma tiegħu fl-inġinerija iżda li qatt ma pprattika l-professjoni tiegħu fi Spanja u li jitlob li jkun imniżżel fir-reġistru professjonali Taljan bis-saħħa tat-titolu, maħruġ fi Spanja, li jawtorizzah jeżerċita l-professjoni

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, ma jistgħux jiġu invokati, sabiex persuna taċċedi għal professjoni rregolamentata fi Stat Membru ospitanti, mit-titolari ta' titolu mogħti minn awtorità ta' Stat Membru ieħor li ma jitlob l-ebda taħriġ li jirriżulta mis-sistema edukattiva ta' dan l-Istat Membru u li ma hi bbażata la fuq eżami u lanqas fuq esperjenza professjonali miksuba fl-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.