26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Deutsche Shell GmbH vs Finanzamt für Großunternehmen in Hamburg
(Kawża C-293/06) (1)
(Libertà ta' stabbiliment - Taxxa fuq il-kumpanniji - Effetti monetarji mar-ripatrijazzjoni tal-kapital inzjali mogħti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil stabbiliment permanenti tagħha fi Stat Membru ieħor)
(2008/C 107/05)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Shell GmbH
Konvenuta: Finanzamt für Großunternehmen in Hamburg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 43 u 48 KE — Telf fil-kambju magħmul minn kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru fil-mument tar-ripatrijazzjoni tal-kapital inizjali li hija kienet allokat lil stabbiliment permanenti stabbilit fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni ta' dan it-telf fil-kuntest tat-tassazzjoni fl-Istat Membru fejn il-kumpannija għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha
Dispożittiv
1) |
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 52 tat-Trattat KE (li wara l-emendi sar l-Artikolu 43 KE) moqrija flimkien ma dawk ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat KE (li wara sar l-Artikolu 48 KE), jipprekludu lil Stat Membru milli jeskludi telf fil-kambju, magħmul minn kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fit-territorju ta' dan l-aħħar Stat, fil-mument tar-ripatrijazzjoni tal-kapital inizjali li hija kienet allokat lil stabbiliment permanenti tagħha, li jinsab fi Stat Membru ieħor, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi ta' stima nazzjonali |
2) |
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 52 tat-Trattat KE (li wara l-emendi sar l-Artikolu 43 KE) moqrija flimkien ma dawk ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat KE (li wara sar l-Artikolu 48 KE), jipprekludu wkoll li t-telf fil-kambju jkun jista' jitnaqqas bħala spiża ta' l-operat ta' impriża li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru biss safejn l-istabbiliment permanenti li huwa proprjetà ta' din ta' l-aħħar, li jinsab fi Stat Membru ieħor, ma kiseb l-ebda profitt mhux taxxabbli. |