29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-274/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 56 KE - Dispożizzjoni nazzjonali li tillimita d-drittijiet ta' vot ta' l-azzjonisti fl-impriżi tas-settur ta' l-enerġija - Limitazzjoni applikabbli għall-entitajiet pubbliċi)

(2008/C 79/06)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġent)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 56 KE — Dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, f'ċerti każijiet, il-limitazzjoni tad-drittijiet ta' vot fl-impriżi tas-settur ta' l-enerġija

Dispożittiv

1)

Peress li żamm fis-seħħ miżuri bħal dawk previsti fis-sebgħa u għoxrin dispożizzjoni addizzjonali tal-liġi 55/1999 tad-29 ta' Diċembru 1999, dwar miżuri fiskali, amministrattivi u ta' ordni soċjali, fit-test ta' din id-dispożizzjoni redatt fl-Artikolu 94 tal-liġi 62/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003, li jillimitaw id-drittijiet ta' vot marbuta ma' l-ishma ta' entitajiet pubbliċi fl-impriżi Spanjoli li joperaw fis-settur ta' l-enerġija, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi imposti fuqu mill-Artikolu 56 KE.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.