12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-21 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Netto Supermarkt GmbH & Co. OHG vs Finanzamt Malchin

(Kawża C-271/06) (1)

(Sitt Direttiva VAT - Artikolu 15(2) - Eżenzjoni ta' provvisti intiżi għall-esportazzjoni barra mill-Komunità - Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mhux soddisfati - Prova ta' l-esportazzjoni falsifikata mix-xerrej - Fornitur li jaġixxi bid-diliġenza kummerċjali dovuta)

(2008/C 92/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Netto Supermarkt GmbH & Co. OHG

Konvenuta: Finanzamt Malchin

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-VAT, b'mod partikolari ta' l-Artikolu 15(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Rifużjoni tal-VAT fuq provvisti intiżi għall-esportazzjoni miksuba permezz ta' dokumenti ffalsifikati — Eżenzjoni għal raġunijiet ta' ekwità

Dispożittiv

L-Artikolu 15(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE ta' l-10 ta' April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-eżenzjoni, min-naħa ta' Stat Membru, tat-taxxa fuq il-valur miżjud relatata ma' provvista ta' prodotti għall-esportazzjoni barra mill-Komunità Ewropea meta l-kundizzjonijiet għal din l-eżenzjoni ma jiġux soddisfatti, iżda meta l-persuna taxxabbli ma kinitx f'pożizzjoni, anki meta tkun aġixxiet bid-diliġenza kummerċjali dovuta, li ssir taf b'dan, minħabba l-iffalsifikar tal-prova ta' esportazzjoni prodotta mix-xerrej.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2007.