|
23.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 51/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Ostravě — ir-Repubblika Ċeka) — Skoma-Lux sro vs Celní ředitelství Olomouc
(Kawża C-161/06) (1)
(Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 58 - Leġiżlazzjoni Komunitarja - Nuqqas ta' traduzzjoni fil-lingwa ta' Stat Membru - Infurzar)
(2008/C 51/21)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Krajský soud v Ostravě
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skoma-Lux sro
Konvenuta: Celní ředitelství Olomouc
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 58 ta' l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236 p. 33) — Impożizzjoni ta' multa fuq impriża importatriċi Ċeka, minħabba dikjarazzjoni doganali li tinkludi indikazzjonijiet mhux eżatti, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li ma ġietx ippubblikata minn qabel fil-lingwa Ċeka fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 58 ta' l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, jipprekludi l-fatt li l-obbligi li jinsabu f'leġiżlazzjoni Komunitarja li ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-lingwa ta' Stat Membru ġdid, meta din il-lingwa hija lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, jistgħu jiġu imposti fuq individwi f'dan l-Istat, minkejja li dawn il-persuni setgħu saru jafu dwar din il-leġiżlazzjoni b'mezzi oħra. |
|
2) |
Billi ġie deċiż li regolament Komunitarju, li ma ġiex ippubblikat fil-lingwa ta' Stat Membru, ma jistax jiġi invokat kontra individwi f'dan l-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha twettaq interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju skond l-Artikolu 234 KE. |