23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 51/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Roderich Weißenfels vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-135/06 P) (1)

(Appell - Remunerazzjoni - Benefiċċju għat-tfal dipendenti - Tnaqqis mill-ammont ta' benefiċċju ta' l-istess natura mħallas minn sorsi oħra - Kompetenza assoluta - Kawżi ta' natura pekunjarja)

(2008/C 51/20)

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Roderich Weißenfels (rappreżentant: G. Maximini, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-kawża: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L.G. Knudsen, M. Ecker u U. Rösslein, aġenti)

Suġġett

Appell magħmul kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Jannar 2006, Weißenfels vs Il-Parlement (T-33/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet it-talba tar-rikorrent intiża sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Parlament, tas-26 ta' Ġunju 2003, li naqqset mill-ammont tal-benefiċċju doppju tat-tfal dipendenti, mogħti lir-rikorrent skond l-Artikolu 67(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont ta' benefiċċju ta' l-istess natura rċevut għal dan il-għan — Kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tar-regola kontra l-akkumulu prevista fl-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Kunċett ta' “benefiċċji ta' l-istess natura”

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta' Jannar 2006, Weißenfels vs Il-Parlament (T-33/04), hija annullata.

2)

Id-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ġunju 2003 u tat-28 ta' April 2004 huma annullati.

3)

Il-Parlament Ewropew għandu jħallas lis-Sur Weißenfels l-arretrati tal-benefiċċji tat-tfal dipendenti li kellu jirċievi mill-1 ta' Lulju 2003, flimkien ma' l-imgħax bir-rata legali.

4)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tas-Sur Weißenfels esposti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2008.