1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-38/06) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dazju ta’ apparat għall-użu speċifikament militari)

2010/C 113/02

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, Â. Seiça Neves, J. Gomes u C. Guerra Santos, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: J. Molde, aġent), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: I. Bruni, aġent, assistit minn G. De Bellis, avvocato dello Stato), Ir-Repubblika Finlandiża (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplimenta l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1 p. 176) u, għall-perijodu ta’ wara l-31 ta’ Mejju 2000, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728 KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 169) — Importazzjoni eżentata mit-taxxa doganali fuq materjal tal-gwerra u ta’ oġġetti li għandhom użu kemm militari kif ukoll ċivili.

Dispożittiv

(1)

Billi rrifjutat li tikkalkola u li tqiegħed, għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-riżorsi proprji dovuti għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2002 inklużivi, minħabba l-importazzjoni ta’ tagħmir u merkanzija għall-użu speċifikament militari, u billi rrifjutat li tħallas l-interessi moratorji korrispondenti, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, rispettivament, taħt l-Artikoli 2 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u t-30 ta’ Mejju 2000 inklużivi, kif ukoll, taħt l-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn il-31 ta’ Mejju 2000 u l-31 ta’ Diċembru 2002.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Taljana u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 74, 25.03.2006