|
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Viamex Agrar Handels GmbH (C-37/06), Zuchtvieh-Kontor GmbH (ZVK) (C-58/06) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawżi magħquda C-37/06 u C-58/06) (1)
(Regolament (KE) Nru 615/98 - Direttiva 91/628/KEE - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Protezzjoni ta' l-ifrat matul it-trasport - Osservanza tal-ħlas tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' l-ifrat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/628/KEE - Prinċipju ta' proporzjonalità - Telf tad-dritt għal rifużjoni)
(2008/C 64/06)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Viamex Agrar Handels GmbH GmbH (C-37/06), Zuchtvieh-Kontor GmbH (ZVK) (C-58/06)
Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Validità ta' l-Artikoli 1, u 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98 tat-18 ta' Marzu 1988 li jistabbilixxu regoli speċifiċi ta' applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-benesseri ta' annimali ta' l-ifrat ħajjin matul it-trasport (ĠU L 82 p. 19) — Osservanza tal-pagament tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' l-ifrat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340 p. 17) — Telf tad-dritt għal rifużjoni minħabba n-nuqqas ta' osservanza matul it-trasport ta' l-ifrat tal-perijodu stabbilit ta' mistrieħ
Dispożittiv
|
1) |
L-eżami ta' l-ewwel domanda ma żvela ebda element ta' natura li jaffettwa l-validità ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98, tat-18 ta' Marzu 1998, li jistabbilixxu regoli speċifiċi ta' applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-benesseri ta' l-annimali ta' l-ifrat ħajjin matul it-trasport. |
|
2) |
L-eżami tat-tieni domanda ma żvela ebda element ta' natura li jaffettwa l-validità ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 615/98 fir-rigward tal-prinċipju ta' proporzjonalità. Hija kompetenza tal-qorti tar-rinviju li tivverifika li l-awtoritajiet kompetenti applikaw dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 615/98 b'mod li huwa konformi ma' dan il-prinċipju. |