Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Novembru 2007 – V vs Il-Parlament
(Kawża T-345/05 R III)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Tneħħija ta’ l-immunità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ fumus boni juris”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23-25)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 44(1)(ċ) u (d), u 104(2) u (3)) (ara l-punti 30-32, 34)
Suġġett
| Talba għall-eżami mill-ġdid ta’ l-ewwel u t-tieni talbiet tar-rikorrent għal miżuri provviżorji, miċħuda permezz tad-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Marzu u tas-27 ta’ Ġunju 2007, V vs Il-Parlament, T-345/05 R u T-345/05 R II rispettivament, mhux ippubblikati fil-Ġabra. |
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |