Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Mejju 2007 – IPK International World Tourism Marketing Consultants vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/05 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Artikolu 256 KE – Suġġett tat-talba – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tinvolvi obbligu pekunjarju – Talba intiża, fir-realtà, għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni oħra li taffettwa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpannija rikorrenti (Artikoli 242 KE u 256 KE) (ara l-punti 18, 21-24)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 44(1)(ċ) u 104(2)) (ara l-punti 33-39)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji –Kundizzjonijiet ta’ għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 42-43)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji –Kundizzjonijiet ta’ għoti – Urġenza – Natura partikolarment serja tal-“fumus boni juris” (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 51-61)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6452, ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006, dwar l-irkupru ta’ somma ta’ EUR 318 000 li r-rikorrenti rċeviet bħala ħlas bil-quddiem abbażi tal-proġett Ecodata. |
|
Dispożittiv |
|
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
L-ispejjeż huma riżervati. |