Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Awwissu 2007 – SELEX Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/05)

“Rikors għad-danni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment ibbażat fuq l-Artikolu 82 KE – Rikors in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat fid-dritt – Eżistenza tad-dannu”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dannu – Dannu li jagħti lok għal kumpens (it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 15-16)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert – Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 20, 27, 33, 36)

Suġġett

Talba għal kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2004, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar allegat ksur minn Eurocontrol tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

 

Ir-rikors huwa miċħud bħala in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat fid-dritt.

 

SELEX Sistemi Integrati SpA għandha tbati l-ispejjeż.