Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 – NHL Enterprises vs UASI – Glory & Pompea (LA KINGS)
(Kawża T-414/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LA KINGS – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti KING – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 35, 51, 57, 58, 75-77)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Lulju 2005 (Każ R 371/2003-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glory & Pompea, SA u NHL Enterprises BV. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
NHL Enterprises BV |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark figurattiva LA KINGS għal prodotti fil-klassijiet 16, 25 u 41 — Applikazzjoni Nru 1041102 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Manufacturas Antonio Gassol SA. It-trade mark invokata fl-oppożizzjoni ġiet sussegwentement ittrasferita lil Glory & Pompea, SA |
|
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark figurattiva nazzjonali KING għal prodotti fil-klassi 25 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni kkonfermata għall-prodotti kollha fil-klassi 25 |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ Lulju 2005 (Każ R 371/2003‑4), hija annullata. |
|
2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn NHL Enterprises BV. |