Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Settembru 2008 – M vs L-Ombudsman

(Kawża T-412/05)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Arkivjar mill-Kummissjoni ta’ lment li jikkontesta aġir ta’ Stat Membru – Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew dwar it-trattament tal-ilment – Żbalji mwettqa mill-Kummissjoni fil-konstatazzjoni ta’ każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina – Indikazzjoni tal-isem tar-rikorrent – Ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u tal-kontradittorju – Dannu morali – Rabta kawżali”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża (Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 43-48)

2.                     Ombudsman Ewropew - Obbligu tal-osservanza tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità - Obbligu li ma jiġux indikati l-ismijiet tal-persuni li mhumiex suġġetti għall-istħarriġ tiegħu (ara l-punti 126-133)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali ogħla li tipproteġi lill-individwi (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 133-145)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Dannu reali u ċert ikkawżat minn att illegali (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 146-158)

Suġġett

Talba, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, għall-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent minħabba li dan issemma b’ismu fid-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew, tat-18 ta’ Lulju 2002, dwar l-ilment bir-referenza 1288/99/OV u minħabba negliġenzi li twettqu mill-Ombudsman fl-investigazzjoni ta’ dan l-ilment u fil-konklużjonijiet li wasal għalihom f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat iħallas lil M kumpens ta’ EUR 10 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.