Sentenza tal‑Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2009 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/05)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u r-rikonverżjoni fis-settur tal-inbid – Għajnuna għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-għasel – Kunċett ta’ telf ta’ dħul sostnut fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-pjan – Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 – Kunċett ta’ għajnuna maħsub biex jistabbilizza s-swieq agrikoli – Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999”
1. Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Prinċipji ta’ ġestjoni – Trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punt 46)
2. Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Spejjeż li jirriżultaw minn applikazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju – Finanzjament mill-FAEGG – Kundizzjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999 u Nru 1493/1999, Artikolu 13(1)(a)) (ara l-punti 67-69)
3. Dritt Komunitarju – Interpretazzjoni – Atti tal-istituzzjonijiet (ara l-punti 74, 101)
4. Agrikoltura – FAEGG – Clearance tal- kontijiet (ara l-punt 79)
5. Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Applikazzjoni b’analoġija – Kundizzjonijiet (ara l-punti 92, 93)
Suġġett
| Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/555/KE, tal-15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 188, p. 36), sa fejn hija teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja fis-setturi tal-inbid u tal-għasel. |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
|
2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |