Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tielet Awla) tal‑4 ta’ Settembru 2009 – L‑Awstrija vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑368/05)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill‑finanzjament Komunitarju – Primjum għall‑annimali tal‑ifrat – Primjum għall‑annimali tal‑ifrat li jreddgħu – Pagament għall‑estensifikazzjoni – Kontrolli prinċipali – Obbligu li tintuża sistema ta’ informazzjoni ġeografika kompjuterizzata – Kontroll tas‑superfiċji muntanjużi fejn jirgħu l‑annimali – Obbligu ta’ kooperazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Tip ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata – Estrapolazzjoni tal‑konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet”

1.                     Agrikoltura ‑ FAEGG ‑ Clearance tal‑kontijiet ‑ Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl‑applikazzjoni tal‑leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament tal‑Kunsill Nru 1258/1999) (ara l‑punti 71, 72, 116, 117)

2.                     Agrikoltura ‑ Politika Agrikola Komuni ‑ Finanzjament mill‑FAEGG ‑ Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums ‑ Obbligu tal‑Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il‑post ‑ Portata (Artikolu 10 KE; Regolamenti tal‑Kunsill Nru 3508/92, Artikolu 8, u Nru 1258/1999, Artikolu 8(1); Regolament tal‑Kummissjoni Nru 3887/92, Artikoli 6(1) u 9(2)) (ara l‑punti 78‑88)

3.                     Stati Membri ‑ Obbligi ‑ Obbligu ta’ kooperazzjoni leali mal‑istituzzjonijiet Komunitarji ‑ Reċiproċità (Artikolu 10 KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 8(1)) (ara l‑punti 128‑131)

4.                     Agrikoltura ‑ Politika agrikola komuni ‑ Finanzjament mill‑FAEGG ‑ Proċedura ta’ clearance tal‑kontijiet ‑ Proċedura ta’ konċiljazzjoni ‑ Opinjoni tal‑korp ta’ konċiljazzjoni ‑ Nuqqas ta’ effett vinkolanti (ara l‑punt 141)

5.                     Atti tal‑istituzzjonijiet ‑ Motivazzjoni ‑ Obbligu ‑ Portata ‑ Deċiżjoni dwar il‑clearance tal‑kontijiet skont l‑infiq iffinanzjat mill‑FAEGG (Artikolu 253 KE) (ara l‑punti 148, 149)

6.                     Agrikoltura ‑ FAEGG ‑ Clearance tal‑kontijiet ‑ Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl‑applikazzjoni tal‑leġiżlazzjoni Komunitarja ‑ Korrezzjoni finanzjarja ‑ Evalwazzjoni tal‑livell tan‑nuqqas u tal‑livell tar‑riskju għall‑Fondi (Regolament tal‑Kunsill Nru 1258/1999) (ara l‑punti 181‑184)

7.                     Agrikoltura ‑ FAEGG ‑ Clearance tal‑kontijiet ‑ Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl‑applikazzjoni tal‑leġiżlazzjoni Komunitarja ‑ Estrapolazzjoni tal‑konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet fis‑sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru ta’ reġjun għal reġjuni oħra (Regolament tal‑Kunsill Nru 1258/1999) (ara l‑punti 199‑201)

Suġġett

Annullament tad‑Deċiżjoni tal‑Kummissjoni 2005/555/KE, tal‑15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill‑finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill‑Istati Membri taħt il‑Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima tal‑“Garanzija” (ĠU L 188, p. 36), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li sar mir‑Repubblika tal‑Awstrija.

Dispożittiv

1)

Ir‑rikors huwa miċħud.

2)

Ir‑Repubblika tal‑Awstrija hija kkundannata għall‑ispejjeż.