Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008 — Nuova Agricast u Cofra vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-362/05 u T-363/05)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Skema ta’ għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana — Skema ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Miżura tranżitorja — Esklużjoni ta’ ċerti impriżi — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Nuqqas”

1. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 54, 96, 97)

2. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 76)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Skema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni — Għajnuna individwali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-imsemmija skema — Determinazzjoni — Data tal-att legalment vinkolanti li jobbliga lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħti l-għajnuna (Artikolu 87 KE) (ara l-punti 80-82)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament subew minħabba l-adozzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-Deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2000 li tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq komuni skema ta’ għajnuna għal investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja [Għajnuna mill-Istat Nru N 715/99 — L-Italja (SG 2000 D/105754)] u minħabba l-aġir li l-Kummissjoni adottat matul il-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1) 

Il-Kawżi T-362/05 u T-363/05 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2) 

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3) 

Nuova Agricast Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-362/05.

4) 

Cofra Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-363/05.