Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ premiums - Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999 u Nru 3508/92) (ara l-punti 91-93)

2. Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punti 94-97, 110, 111, 168)

3. Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Forza maġġuri - Kunċett (ara l-punti 122-124, 199)

4. Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/99, Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 296/96, Artikolu 4(2)) (ara l-punti 129-131, 167)

5. Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/99; Regolament tal-Kummissjoni Nru 296/96, Artikolu 4(2)) (ara l-punti 144-148, 203)

6. Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ premiums - Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post (Regolament tal-Kunsill Nru 3508/92, Artikoli 9a(1) u 13(1)(d); Regolament tal-Kumissjoni Nru 2848/98, Artikolu 45(1)(a)) (ara l-punti 231, 234-238)

7. Atti tal-istituzzjonijiet - Regolamenti - Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ - Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri (ara l-punt 241)

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ‘Garanzija’ tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew u fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix, tat-tabakk mhux ipproċessat u tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.