Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill

(Kawża T-348/05)

“Dumping − Importazzjoni ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u mill-Ukraina − Tibdil fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat − Applikazzjoni tal- miżuri eżistenti għat-tipi l-ġodda ta’ prodott”

Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Proċedura ta’ reviżjoni - Tibdil fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat permezz ta’ miżuri eżistenti - Inkorporazzjoni tal-prodott ikkonċernat fi prodotti ġodda - Applikabbiltà ta’ miżuri eżistenti għall-prodotti ġodda - Assenza - Neċessità li ssir investigazzjoni ġdida (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 1, 5, 11(3) u 13) (ara l-punti 61-64, 66, 68-70)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia , mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 160, p.1).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, huwa annullat.

2)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.