Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2007 – Il-Kummissjoni vs Alexiadou

(Kawża T-312/05)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt li jikkonċerna l-proġett ta’ żvilupp ta’ teknoloġija għall-produzzjoni ta’ ġlud impermeabbli – Ħlas lura ta’ somom mogħtija bil-quddiem – Imgħax – Proċedura in kontumaċja”

1.                     Proċedura – Rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 33-35)

2.                     Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Sunt tal-motivi mressqa (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)) (ara l-punt 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 238 KE bl-għan li jinkiseb il-ħlas lura ta’ somma li din ta’ l-aħħar kienet aċċettat li tagħti lill-konvenuta fil-kuntest ta’ kuntratt li jirrigwarda l-proġett ta’ żvilupp ta’ teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta’ ġlud impermeabbli (kuntratt G1ST-CT-2002-50227).

Dispożittiv

 

Ir-rikors huwa miċħud.

 

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.