Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – Cain Cellars vs UASI (Xbiha ta’ pentagonu)

(Kawża T-304/05)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva magħmula mix-xbiha ta’ pentagonu – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Semplicità tas-sinjal”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġuni assoluta għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23-26)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ Appell ta’ l-UASI tat-23 ta’ Mejju 2005 (Każ R 975/2004-1) dwar ir-reġistrazzjoni tax-xbieha ta’ pentagonu bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Cain Cellars, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva pentagonali għal prodott “inbid” fil-klassi 33 – applikazzjoni Nru 3425121

Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cain Cellars, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.