Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-175/05)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-aċidu monokloroaċetiku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Tqassim tas-suq u ffissar tal-prezzijiet – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Gravità u tul tal-ksur – Effett dissważiv”
1. Rikors għal annullament - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors ippreżentat minn diversi entitajiet ta’ grupp ta’ kumpanniji kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi fuqhom multa in solidum - Rikors ammissibbli fir-rigward ta’ xi wħud minn dawn l-entitajiet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma kontra xi entitajiet oħrajn li ma jistgħux jibbenefikaw minn annullament eventwali (Artikolu 230 KE) (ara l‑punti 46, 47)
2. Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha - Obbligu tal-kumpannija parent li tikkonfuta l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ setgħa ta’ direzzjoni fuq is-sussidjarja tagħha (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 91-93, 96)
3. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Ammont massimu - Kalkolu - Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni - Dħul mill‑bejgħ akkumulat tal-kumpanniji kollha li jifformaw l-entità ekonomika li taġixxi bħala impriża (Artikolu 81 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 114, 132, 133)
4. Kompetizzjoni - Multi - Ammont – Determinazzjoni - Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni - Sena ta’ referenza - L-aħħar sena sħiħa tal-ksur (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 142, 143)
5. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Natura dissważiva - Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1(A)) (ara l-punti 154, 155)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4876 finali, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l‑Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.773 – AMCA) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti. |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel AB, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV, Akzo Nobel Base Chemicals AB u Eka Chemicals AB huma kkundannati għall-ispejjeż. |