Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑174/05)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-aċidu monokloraċetiku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq u ffissar tal-prezzijiet – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet – Prinċipju ta’ legalità tal-pieni – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Abbuż ta’ poter – Multi”

1.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Dikjarazzjoni tal‑oġġezzjonijiet – Kontenut neċessarju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23 u 27(1)) (ara l-punti 55, 56, 70, 71, 196-198)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni li tikkonċerna numru ta’ destinatarji (Artikoli 81 KE, 82 KE u 253 KE) (ara l-punti 79, 80)

3.                     Kompetizzjoni – Regoli Komunitarji – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Nuqqas ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 106-108, 225-227)

4.                     Kompetizzjoni – Akkordji – Impriża – Kunċett – Unità ekonomika – Imputazzjoni tal-ksur – Kumpannija parent u impriżi sussidjarji – Responsabbiltà flimkien u in solidum tal-kumpanniji kkonċernati (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 121-124, 184-187, 192-194)

5.                     Kompetizzjoni – Regoli Komunitarji – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Obbligu tal-kumpannija parent li tikkonfuta l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ setgħa ta’ direzzjoni fuq is-sussidjarja tagħha – Applikabbiltà tal-preżunzjoni fil-każ li l-kumpannija parent ikollha kważi l-kapital kollu tas-sussidjarja (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 125, 151-156, 160, 172, 173)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tal-Artikoli 1(d), 2(c), 3 u 4(9) tad‑Deċiżjoni C (2004) 4876 finali tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE], u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E‑1/37.773 – AMCA), u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2(c) tal-imsemmija deċiżjoni u, b’mod iktar sussidjarju, talba għal modifika tal-Artikolu 2(c) tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.