Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Arkema vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑168/05)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-aċidu monokloroaċetiku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq u ffissar tal-prezzijiet – Imputazzjoni ta’ aġir illegali – Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas‑sanzjonijiet – Obbligu ta’ motivazzjoni – Multi – Proporzjonalità – Gravità u tul tal-ksur – Effett dissważiv – Impatt konkret fuq is-suq – Ċirkustanzi attenwanti – Rwol emulattiv – Ċirkustanzi aggravanti – Reċidiva”

1.                     Kompetizzjoni – Akkordji – Impriża – Kunċett – Unità ekonomika – Imputazzjoni tal-ksur – Kumpannija parent u impriżi sussidjarji – Responsabbiltà flimkien u in solidum tal-kumpanniji kkonċernati – Ksur tal‑prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tas-sanzjonijiet – Assenza (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 65, 66, 80, 97-99, 105-108, 129)

2.                     Kompetizzjoni – Regoli Komunitarji – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Obbligu tal-kumpannija parent li tikkonfuta l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ setgħa ta’ direzzjoni fuq is-sussidjarja tagħha – Applikabbiltà tal-preżunzjoni fil-każ li l-kumpannija parent ikollha kważi l-kapital kollu tas-sussidjarja (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 67-70, 74-77, 81, 82, 100)

3.                     Kompetizzjoni – Regoli Komunitarji – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma kompletament jew kważi kompletament minnha (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 89-92, 115)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni (Artikoli 81 KE, 82 KE u 253 KE) (ara l-punti 121, 127)

5.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal‑ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l‑punti 148, 149, 153)

6.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Impatt konkret fuq is-suq – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel paragrafu tal-punt 1(A)) (ara l-punti 162-165)

7.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Natura dissważiva – Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata – Rilevanza – Applikazzjoni ta’ fattur moltiplikatur fuq l-ammont inizjali – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Regolamenti tal‑Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1(A)) (ara l-punti 178-183, 206, 207)

8.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Tul tal‑ksur – Żieda fl-ammont inizjali tal-multa – Teħid inkunsiderazzjoni tal‑varjazzjonijiet fl-intensità tal-ksur – Esklużjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal‑Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1(B)) (ara l-punti 187-189)

9.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal‑ksur – Ċirkustanzi aggravanti – Reċidiva – Bidla fil-kontroll ta’ kumpannija reċidiva bejn iż-żewġ okkorrenzi ta’ ksur – Applikazzjoni taż‑żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva biss fuq is-sussidjarja u mhux fuq il-kumpannija li kienet tikkontrollaha meta d-deċiżjoni tal‑Kummissjoni ġiet adottata – Ammissibbiltà (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal‑Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 200-205)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tal-Artikolu 1(d), tal-Artikolu 2(c) u tal‑Artikolu 4(9) tad-Deċiżjoni C (2004) 4876 finali tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE], u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.773 – AMCA) u, sussidjarjament, talba għal modifika tal-Artikolu 2(c) u (d) ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arkema SA hija kkundannata għall-ispejjeż.