Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2009 – Borax Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-166/05)
“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti u reġistrazzjonijiet ta’ ħoss – Rifjut li jingħata’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu – Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet”
Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 3 u 4(3)) (punti 40-42, 50, 88, 101-105, 108)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Frar 2005, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti u reġistrazzjonijiet ta’ ħoss fil-kuntest tal-adattament għall-progress tekniku, għat-tletin darba, tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1967, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (Kapitolu 13, Vol. 1, p. 27). |
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Frar 2005, li tirrifjuta lill-Borax Europe Ltd l-aċċess għar-reġistrazzjonijiet tal-laqgħa tal-5 u tas-6 ta’ Ottubru 2004, għaż-żewġ abbozzi tal-minuti ta’ din il-laqgħa, għal tlettax-il kummentarju ta’ esperti, għal żewġ kummentarji tar-rappreżentanti tal-industrija u għad-dokument maħruġ mir-relatur Daniż, hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |