Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2007 – La Perla vs UASI – Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC)
(Kawża T-137/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni – Trade mark Komunitarja verbali NIMEI PERLA MODERN CLASSIC – Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti la PERLA u LA PERLA PARFUMS – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 51)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tal-25 ta’ Jannar 2005 (każ R 537/2004-1) dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Gruppo La Perla SpA u Worldgem Brands – Gestão e Investimentos L | da | . |
Informazzjoni dwar il-kawża
It-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: |
It-trade mark verbali NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC għal prodotti fil-klassi 14 – applikazzjoni Nru 713446 |
Il-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: |
Worldgem Brands – Gestão e Investimentos Lda, li qabel kienet Cielo Brands – Gestão e Investimentos Lda |
Il-parti li ppreżentat l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: |
Gruppo La Perla SpA |
It-trade marks ta’ l-applikant tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità: |
It-trade marks Taljani: la PERLA, għall-prodotti fil-klassi 25 – Trade mark figurattiva Nru 769526; LA PERLA PARFUMS, għal prodotti fil-klassi 3 – Trade mark verbali Nru 776082; la PERLA, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 24, 25 u 35 – trade mark figurattiva Nru 804992; la PERLA għal prodotti fil-klassi 3 – trade mark figurattiva Nru GE 2002 C 000181 |
Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: |
Tilqa’ l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja |
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell: |
Tilqa’ l-appell u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni |
Dispożittiv
|
Id-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta’ Jannar 2005 (każ R 537/2004-1) hija annullata. |
|
L-intervenjenti hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz ta’ l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
|
Ir-rikorrenti għandha tbati żewġ terzi ta’ l-ispejjeż tagħha. |
|
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |