9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 37/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Novembru 2007 — V vs Il-Parlament

(Kawża T-345/05 R III)

(Talba għal miżuri provviżorji - Tneħħija ta' l-immunità ta' Membru tal-Parlament Ewropew - Talba għal sospensioni ta' l-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' fumus boni juris)

(2008/C 37/33)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: V (rappreżentanti: J. Lofthouse, C. Hayes, barristers, u M. Monan, solicitor)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, D. Moore u M Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-eżami mill-ġdid ta' l-ewwel u t-tieni talbiet tar-rikorrent għal miżuri provviżorji, miċħuda permezz tad-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Marzu u tas-27 ta' Ġunju 2007, V vs Il-Parlament, rispettivament T-354/05 R u T-345/05 R II, mhux ippublikati fil-Ġabra.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.