|
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2007 — Tegometall International vs L-UASI — Wuppermann (TEK)
(Kawża T-458/05) (1)
(“Trade mark komunitarja - Proċedura ta' invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TEK - Suġġett tal-kawża - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b), (c) u (g), u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 8/25)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Tegometall International AG (Lengwil-Oberhofen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Timmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndorfer, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Wuppermann AG (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment H. Huisken, wara I. Friedhoff, avukati)
Suġġett tal-kawża
Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-21 ta' Ottubru 2005 (każ R 1063/2004-2), kif mibdula fis-16 ta' Novembru 2005 dwar proċedura ta' invalidità mressqa minn Wuppermann AG u Tegometall International AG.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-rikorrrenti hija ordnata tbati l-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta' dawk magħmula mill-intervenjenti. |
|
3) |
L-intervenjenti tbati l-ispejjeż tagħha. |