5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Gütermann u Zwicky vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/05 u T-457/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħajt industrijali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE - Multi - Gravità tal-ksur - Impatt reali fuq is-suq - Tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

2010/C 148/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gütermann AG (Gutach-Breisgau, il-Ġermanja) (Kawża T-456/05); u Zwicky & Co. AG (Wallisellen, L-Iżvezja) (Kawża T-457/05) (rappreżentanti: J. Burrichter, B. Kasten u S. Orlikowski-Wolf, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, M. Schneider u K. Mojzesowicz, sussegwentement F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 PO/Ħajt), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3765, tat-13 ta’ Ottubru 2005, u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Gütermann AG u Zwicky & Co. AG huma kkundannati għall ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.03.2006.